Agħfas Offerti fil-header menu. Għandek għażla ta' diversi abbonamenti u tista' ssegwi l-proċess ta' pagament.
Parir: Xi istituzzjonijiet, assoċjazzjonijiet, skejjel jew għalliema diġa xtraw l-aċċess għal Meludia għall-membri kollha u l-istudenti tagħhom. Nissuġġerixxu li ssaqsihom biex jixtru liċenzja ta' grupp. Għal iktar informazzjoni fuq il-liċenzji ta' grupp, nitolbuk tibgħat email lil:
edu@meludia.com
B'kont bla ħlas ta' Meludia jkollok 25 eżerċizzju f'modulu tal-għażla tiegħek.
Il-kont Premium jrid jiġi mħallas. Dan jagħtik aċċess illimitat għall-eżerċizzji kollha tal-programm, li jinkludi iktar minn 600 eżerċizzju. Għal iktar informazzjoni dwar l-offeri Premium ta' Meludia, jekk jogħġbok agħfas: hawn.
Fuq il-website, tista' tħallas bil-karta ta' kreditu jew b'kont Paypal.
Aħna nqisu s-sigurtà u l-protezzjoni tad-dettalji personali u bankarji tiegħek b'serjetà kbira u naderixxu ma' regoli stretti ħafna sabiex inħarsuhom.
Ma nżommux dettalji bankarji fuq is-servers tagħna
Biex taqra l-kundizzjonijiet ġenerali tagħna, agħfas hawn.
L-informazzjoni t'hawn taħt tapplika għall-pagament ta' abbonamenti għal servizzi Premium online fuq www.meludia.com. L-abbonamenti kollha huma rimborżabbli sa 30 ġurnata wara li jsir il-pagament:
Kif nista' nitlob rifużjoni?
Jekk ħallast b'karta ta' kreditu:
Agħfas fuq il-buttuna “feedback” li tinsab fin-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin. Ibgħatilna messaġġ b'din l-informazzjoni:
Jekk ħallast b'Paypal:
Agħfas fuq il-buttuna “feedback” li tinsab fin-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin. Ibgħatilna messaġġ b'din l-informazzjoni:
Tista' tikkanċella s-susskirzzjoni meta trid. Biex tagħmel dan, mur lejn in-naħa ta' fuq tal-lemin tal-iskrin tiegħek ussib simbolu oranġjo ħdejn l-indirizz eletroniku tiegħek. Umbad għafas fuq “Subscription Details” umbad għafas “Cancel Subscription”.
Jekk irċivejt gift card jew gift code, jfisser li għandek aċċess Premium. Biex tattiva l-gift code tiegħek, tista' ddaħħal il-gift code tiegħek fuq is-sign up form jew, jekk diġa' ħloqt kont, mur lejn in-naħa ta' fuq tal-lemin tal-iskrin tiegħek ussib simbolu oranġjo ħdejn l-indirizz eletroniku tiegħek, umbad għafas fuq “Use a Meludia code”.
Jekk irċevejt discount code, mur fuq il-paġna Offerta, imbagħad agħfas fuq l-offerta li tapplika għall-iskont tiegħek. Daħħal il-kodiċi fil-kaxxa l-korretta.
Meludia toffri liċenzji għall-gruppi. Għal iktar informazzjoni, ikkuntattjana billi tagħfas fuq "?" li qiegħda fuq in-naħa t'isfel lejn ix-xellug tal-iskrin tiegħek.
Jekk tirċievi messaġġ li juri żball wara li tkun ippruvajt toħloq kont Meludia, jekk jogħġbok irreferi għall-messaġġi t'hawn isfel. Jekk m'hemm ebda messaġġ li juri żball, jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ billi tagħfas fuq il-"?" lejn in-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin tiegħek.
Messaġġi li juru żball:
'Dan l-indirizz eletroniku diġà qed jintuża, jekk jogħġbok agħżel ieħor.'
Jekk diġà ħloqt kont b'dan l-indirizz eletroniku, ipprova lloggja. Jekk insejt il-password tiegħek, tista' terġa' titlob oħra.
'Jekk jogħġbok imla din il-kaxxa
Għandek timla l-kaxxi kollha fuq il-formola tal-abbonament biex tkun tista toħloq kont Meludia.
Jekk irċikejt messaġġ li juri żball meta ppruvajt tillogja fil-kont eżistenti tiegħek, jekk jogħġbok irreferi għall-messaġġi t'hawn isfel. Jekk m'hemm ebda messaġġ li juri żball, jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ billi tagħfas fuq il-"?" lejn in-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin tiegħek.
Messaġġi li juru żball:
Il-website ta' Meludia hija kompatibbli ma' ħafna mit-tablets u l-mobiles reċenti. Madankollu, għal esperjenza aħjar, nirrakkomandawlek li tuża' PC jew Mac bl-aħħar verżjoni ta' Google Chrome (niżżlu minn hawn: Il-browser skada).
Nitolbuk issegwi l-istruzzjonijiet hawn taħt biex issolvi l-problema:
L-Ewwel Pass: Irriffrexxja l-paġna tiegħek.
Għall-utenti tal-Mac, użaw cmd+R
Għall-utenti tal-Windows, użaw F5
Tista' wkoll tuża l-buttuna “Refresh” fuq il-browser tiegħek.
It-Tieni Pass: Jekk tiltaqa' mal-istess problema wara li tlesti l-ewwel pass, ipprova battal il-cache tal-browser tiegħek.
It-Tieliet Pass: Ipprova b'Google Chrome, li huwa l-aħjar browser biex tuża Meludia.
L-Ewwel Pass: Jekk jogħġbok kun ċert li s-sound huwa mixgħul
It-Tieni Pass: Irriffrexxja l-paġna tiegħek
Għall-utenti tal-Mac, użaw cmd+R
Għall-utenti tal-Windows, użaw F5
Tista' wkoll tuża l-buttuna “Refresh” fuq il-browser tiegħek.
It-Tielet Pass: Jekk tiltaqa' mal-istess problema wara li segwejt it-tieni pass, għandek bżonn tbattal il-cache tal-browser tiegħek.
Ir-Raba' Pass: Ipprova b'Google Chrome, li huwa l-aħjar browser biex tuża Meludia.
Biex tibdel il-pasword tiegħek, għandek bżonn tilloggja, mur lejn in-naħa ta' fuq tal-lemin tal-iskrin tiegħek u ssib simbolu oranġjo ħdejn l-indirizz elettroniku tiegħek, imbagħad agħfas fuq “My account” u mur fuq il-kaxxa “Password”.
Jekk insejt il-password tiegħek, agħfas fuq "forgot it?" fil-kaxxa tal-"Log in" u segwi l-istruzzjonijiet. Għandek tirċievi link biex toħloq password ġdida.
Hemm l-għażla "Unsubscribe" fl-aħħar ta' kull email li tirċievi mingħandna.
Mhuwiex possibli li tikkanċella l-abbonament tan-notifiki li tirċievi bl-indirizz elettroniku marbut mal-kont tiegħek, bħal konferma ta' xiri, bdil ta' passwords u risposti mingħand it-tim ta' support.
Meta tibda eżerċizzju u tkun fuq il-paġna tal-istruzzjoni, tista' tuża l-glossarju billi tagħfas fuq terminoloġija speċifika biex tifhem l-eżerċizzji aħjar.
Tista' ssib spjegazzjoni dettaljata fuq il-kunċetti muzikali ta' Meludia fuq il-blog tagħna hawn. Nilqgħu s-suġġerimenti tiegħek fuq il-blog tagħna. Biex tagħmel suġġeriment, agħfas fuq il-buttuna "?" fin-naħa t'isfel lejn il-lemin tal-iskrin tiegħek.
Fl-aħħarnett, tista' tibgħatilna messaġġ billi tagħfas il-"?" lejn in-naħa t'isfel tal-lemin tal-iskrin tiegħek. Meludia hija pjattaforma ta' tagħlim li dejjem qed tevolvi. Qed tiġi adattata u aġġornata b'mod kostanti abbażi tal-feedback importanti tal-mużiċisti u tal-aqwa edukaturi tal-mużika.
Meludia hija pjattaforma ta' tagħlim li tiffoka fuq l-elementi fundamentali tal-mużika. Nissuġġerixxu użu regolari ta' mill-inqas erba' darbiet fil-ġimgħa minn ħmistax-il minuta sa siegħa kull darba.
Biex ikollok aċċess għall-offerti għall-edukaturi, ibgħat email lil: edu@meludia.com
. Daqt nikkuntattjawk biex nipproponulek l-offerti tagħna.
Sabiex taċċessa l-interfaċċa tagħna tal-edukaturi, illoggja fil-kont tiegħek (jew irreġistra jekk għad m'għandekx kont), mur lejn in-naħa ta' fuq fil-lemin tal-iskrin tiegħek u agħfas fuq is-simbolu oranġjo ħdejn l-indirizz elettroniku tiegħek, imbagħad agħfas "Are you an educator?". Sussegwentement, tkun tista' tistieden lill-istudenti tiegħek biex jissieħbu. Wara li tkun stidint lill-istudenti tiegħek, l-isem tal-buttuna jinbidel għal "Educator Dashboard".
Hemmhekk tkun tista' żżid, tirraggruppa jew tneħħi studenti u timmonitorja l-progress tagħhom f'Meludia. Għal kull mistoqsija dwar l-interfaċċa tal-Edukatur, tista' ssaqsihom billi tagħfas fuq il-buttuna "?" lejn in-naħa t'isfel fuq il-lemin tal-iskrin tiegħek, jew tibgħat email lil: edu@meludia.com.
Qabel kollox, f'isem it-tim ta' Meludia, nixtiequ nirringrazzjawk tal-passjoni u l-appoġġ tiegħek! Tista' xxerred il-kelma dwar Meludia u taqsam l-opinjonijiet tiegħek fuq il-midja soċjali.
Barra minn hekk, jekk taf b'xi għalliema jew skejjel li huma interessati fil-pjattaforma innovattiva tagħna, inkunu verament grati jekk tintroduċina.
Jekk trid issir "Ambaxxatur ta' Meludia" u tkun iktar involut fil-proċess ta' promozzjoni, traduzzjoni jew fil-bejgħ ta' Meludia b'mod internazzjonali, jekk jogħġbok ikkuntattjana: ambassadors@meludia.com